-
-
Dalgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-patrijiet Franġiskani Minuri fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir-Rabat, wara li matul il-lejl li għadda sfronda parti mis-saqaf ta’ fuq l-artal maġġuri. Mons. Arċisqof, filwaqt li esprima d-dieqa tiegħu quddiem il-ħsara li saret, irringrazzja lil Alla li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, u rringrazzja wkoll lill-Gvern ta’ Malta talli offra l-għajnuna biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-Knisja kemm jista’ jkun malajr. L-Arċisqof appella għall-ġenerożità u l-kontribut tal-pubbliku biex jitħares il-patrimonju tal-Knisja u jitgawda wkoll minn ġenerazzjonijiet futuri. Appell ieħor għat-talb sar għall-Patrijiet Franġiskani Minuri li jgħixu fil-kunvent biswit il-knisja.
Aktar kmieni l-Arċisqof għadda dan il-messaġġ fuq Twitter:
Our solidarity and prayers with the Franciscan Friars Minor in the wake of the damage to their conventual Church (Ta’ Giezu) in Rabat, MT pic.twitter.com/Vd8Y3KYw0E
— Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) August 23, 2017
-