L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il‑kalċi mbierek huwa xirka mad‑demm ta’ Kristu (Salm 115). Id‑demm hu l‑ħajja u allura meta llum niddikjaraw u llum b’mod speċjali nfakkru b’mod solenni x‑xirka tagħna mal‑kalċi mbierek, nifhmu wkoll ix‑xirka tagħna mal‑ħajja ta’ Ġesù u nilqgħu mingħandu d‑don tal‑ħajja.

L‑Ewkaristija hija dik li tgħaqqadna miegħu. F’kapitlu 6 ta’ San Ġwann, Ġesù jinsisti li hu ġie fid‑dinja bħala l‑ħobż tal‑ħajja. “Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih” (Ġw 6:56). Għalhekk, fil‑lingwa tagħna, il‑kelma ‘tqarbin’ tagħmel ħafna sens u meta nkunu qrib ta’ Ġesù u qraba tiegħu. Communio hi kelma oħra għal dak li qed infakkru llum.

Fix‑xirka tagħna ma’ Ġusu aħna nilqgħuh bħala dak li jagħtina l‑ħajja; dak li jagħti sens lill‑ħajja tagħna imma fid‑dawl tal‑ewwel qari nifhmu wkoll li d‑demm ta’ Ġesù huwa qawwa li tnaddaf u teħles. Id‑demm ta’ Ġesù huwa bħad‑demm tal‑ħaruf imraxxax fuq il‑bibien tal‑poplu Lhudi li ħeslihom mill‑mewt. Aħna wkoll, meta nilqgħu r‑rigal u d‑don tad‑demm ta’ Ġesù, qed nilqgħu fuqna l‑barka tal‑ħelsien u ta’ dak kollu li jeħlisna mill‑mewt.

Għalhek, nilqgħu fuqna dan id‑don; mhijiex is‑saħtha ta’ dak li jgħid “demmu fuqna” imma aħna nilqgħuh bħala barka mraxxax fuqna d‑demm tal‑ħaruf li jagħtina l‑ħajja. Dan huwa demm li jsejħilna għall‑għaqda ta’ bejnietna imma wkoll għall‑għaqda ma’ Ġesù stess. “Dan il‑kalċi hu l‑patt il‑ġdid b’demmi” (1 Kor 11:25) Il‑patt huwa impenn; patt ġdid li jġedded u jagħtina l‑qawwa li nibdew mill‑ġdid, imma huwa patt bid‑demm ta’ Ġesù.

Aħna u nfakkru din l‑Ewkaristija solenni, ir‑ritwal jurina li qed niċċelebraw minn issa dak kollu li se niċċelebraw f’dawn il‑jiem qaddisa. Kull ċelebrazzjoni li nibdew illejla, għada u mbagħad f’Sibt il‑Għid, fihom sinifikat profond u li jgħaqqad it‑tliet mumenti. Illum fil‑ħasil tar‑riġlejn nifhmu li fil‑ġest tal‑qadi tiegħu, il‑Mulej ried jgħidilna li f’ħajjitna rridu nirrepetu l‑għotja tiegħu, l‑għotja li tagħti ħajja ta’ servizz. Jekk jiena ningħata b’servizz umli, dedikat u mimli mħabba, inkun qed nagħti ħajti bħalma ta ħajtu l‑Mulej stess bit‑tixrid ta’ demmu.

Jekk jiena ningħata b’servizz umli, dedikat u mimli mħabba, inkun qed nagħti ħajti bħalma ta ħajtu l‑Mulej stess bit‑tixrid ta’ demmu.

Illum ejjew nitolbu wkoll li jkollna l‑qawwa li nkunu ta’ servizz għal xulxin, li naħslu saqajn xulxin. Din hi kelma iebsa imma l‑Mulej hekk qalilna: “Jekk jien, li jien il‑Mulej u l‑Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll” (Ġw 13:14‑15).

Nitolbu sabiex ikollna dan id‑distintiv: spirtu ta’ servizz, spirtu ta’ għotja, u spirtu ta’ mħabba.

As we celebrate the ritual of the washing of the feet and the institution of the Eucharist by Jesus Christ, we begin to understand the heart of the Easter mystery, which we commence on Maundy Thursday, continue through Good Friday, and culminate in the Easter Vigil. The Lord adopts this normal ritual, the washing of the feet by servants as guests arrive for the banquet, and transforms it into an image of his life‑giving love. He invites us to adopt the same attitude of service, compassion, and total dedication. And he says, “If I then, your Lord and Teacher, have washed your feet, you also ought to wash one another’s feet. For I have given you an example, that you should do as I have done to you” (Jn 13:14‑15).

The Eucharist we celebrate is the sharing of the body and blood of our Lord Jesus Christ—his life, his body, his spirit. Let us pray that we may participate in his life, his love, and his self‑giving way to others.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


Qari tal-quddiesa
Qari I: Eż 12:1-8,11-14
Salm: 115(116):12-13,15-16bċ,17-18
Qari II: 1 Kor 11:23-26
L-Evanġelju: Ġw 13:1-15

Aktar ritratti