L-Azzjoni Kattolika Maltija se tingħaqad mal-Azzjoni Kattolika Taljana għall-beatifikazzjoni tal-Venerabbli Armida Barelli, fundatriċi tal-Gioventù femminile (Azzjoni Kattolika tat-tfajliet), tal-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa u tal-Istitut Sekolari tal-Missjunarji tar-Regalità ta’ Kristu.
Għal din l-okkażjoni l-Azzjoni Kattolika Maltija qed torganizza għadd ta’ taħditiet dwarha bl-ewwel waħda mmirata għaż-żgħażagħ. Din se titmexxa minn Emanuela Gitto, il-Viċi-President Nazzjonali tal-Azione Cattolica Italiana għall-fergħa taż-żgħażagħ. It-taħdita se tkun bl-Ingliż u se ssir għada l-Ġimgħa 22 ta’ April fit-7:45pm.
Agħfas hawn biex tirreġistra għat-taħdita.
Nhar il-Ħamis 28 ta’ April fid-9:30am se ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Ħaż-Żebbuġ. Kulħadd mistieden jingħaqad f’dan il-mument ta’ talb.
Is-Sibt 30 ta’ April fl-10am se ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Beatifikazzjoni ta’ Armida Barelli fid-Duomo ta’ Milan. Iċ-ċerimonja se tixxandar fuq l-istazzjon TV2000.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fis-7pm fl-Istitut Kattoliku se ssir taħdita ma’ Ninette Borg Grech u Prof. Nadia Delicata, id-Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni, fuq ir-rwol tal-mara fil-Knisja u s-soċjetà tal-lum. Kulħadd hu mistieden jattendi.
Agħfas hawn biex tirreġistra għat-taħdita.
Agħfas hawn għal iktar tagħrif.