Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Josef Mifsud tkellem dwar kif xi drabi donnu li nitilgħu fuq pedestal u naħsbu li għandna l-awtorità niġġudikaw lill-oħrajn jew inħossuna xi ħaġa speċjali.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Daniela Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 19, 13-15
Ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar