-
-
***
Direttur: John Stevenson
Ilħna: James McAvoy, Emily Blunt, Chiwetel Ejiofor, Mary J. Blige u Johnny Depp
Ħin tal-Film: 88 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG
Sherlock Gnomes u l-assistent tiegħu, Gnome Watson jassaltaw mużew fejn in-nemesi, torta maskot bl-isem ta’ Moriarty, kien qiegħed iżomm ostaġġi numru ta’ Gnomes bi pjan li jfarrakkhom kollha. Wara battalja qasira, Moriaty jisfa’ megħlub u deher li kien ġie mgħaffeġ minn skeletru ta’ dinosawru.
Sadanittant, Gnomeo u Juliet, kif ukoll gnomes oħra, kienu qegħdin jiċċaqalqu biex imorru Londra. Kif jaslu, Gnomeo u Juliet jiġu ddikjarati bħala l-mexxejja ġodda tal-ġnien. Gnomeo jmur biex isib xi fjuri għall-ġnien imma jinqabad. Wara argument qasir ma’ Juliet, it-tnejn jintebħu li l-gnomes kollha kienu għebu. Jidħol Sherlock u Watson biex jibdew jinvestigaw waqt li Gnomeo u Juliet jidħlu sħab magħhom wara li għenuhom jaħarbu minn katusi tad-dranaġġ. Sherlock jeżamina ħjiel li kien tahom Moriaty. Sherlock kien jemmen li Moriaty wara kollox kien għadu ħaj u li b’xi mod jew ieħor kien salva. Sherlock wara ħafna ħsieb jikkonkludi li l-ħjiel li kellu f’idejh kien qieghed jiggwidhom lejn Chinatown.
Wara li jiltaqgħu ma’ xi Maneki-nekos, isibu ħjiel ieħor li jurihom li kien hemm bżonn li jinfirdu. Ftit wara Watson kien maħsub li kien miet meta ntlaqat ninn ġebla Gargoyle. Sherlock minnaħa tiegħu jgħaddi għal ħjiel li ġab lilu u lil Juliet ġewwa ġnien pubbliku fejn kellhom jittravestu ruħhom bhala skwiril biex isibu ħjiel ieħor minn kelb għalkemm din id-darba ma tantx kienu suċċess.
Sadanittant, Gnomeo jsir jaf fejn il-Gnomes kienu jinsabu miżmuma. Il-ħjiel ta’ Sherlock u Juliet wassalhom f’ħanut tal-pupi fejn Sherlock jiltaqa’ mal-eks maħbuba tiegħu, Irene li ma tantx kient ħelwa miegħu tant li tefgħathom ‘l barra, għalkemm Juliet tħalliet tidħol lura u kkonvinċiet lil Irene biex tgħaddilhom il-ħjiel li kien imiss. Dan iġibhom għal għand Moriaty u hawn wara kollox isiru jafu li kien Watson stess li kien wara l-pjan. X’jiġri minn hawn u x’kien sar minn Gnomes? X’parti jkollu Gnomeo fl-avventura biex isalva lil sħabu?
Film animat, komputerizzat u jsegwi l-film Gnomeo & Juliet li ħareġ għal wiri fl-2011; film taħt id-direzzjoni ta’ John Stevenson. Il-film għandu tagħlima pożittiva li wieħed m’għandux jieħu lill-ħbiebu u lil dawk li jħobb for granted. Minħabba xi xeni ta’ periklu li jistgħu jimpressjonaw lit-tfal żgħar kif ukoll xi ċajt xi ftit goff, ikun tajjeb li t-tfal iż-żgħar jarawh ma’ xi adult.