Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Malcolm Saliba qal li l-festa tal-lum ta’ Marija Addolorata tfakkarna li t-tbatija tkabbarna u li għandna nfittxu l-għajnuna li tgħinna nibqgħu weqfin quddiem it-tbatija.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Malcolm Saliba u Abigail Zarb. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 19:25-27
Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar