-
-
Il-Ħadd, 28 ta’ Ġunju, fid-9.00a.m. ir-Relikwija tal-Beatu Nazju Falzon se tiġi esposta fil-Knisja ta’ Santa Barbara, Triq ir-Repubblika, Valletta. Ħinijiet tal-Quddies: 10:00 a.m., 11:00a.m. u nofsinhar.
Il-Ħadd, 28 Ġunju, fit-3.00p.m. ir-Relikwija tittieħed l-Isptar Mater Dei u tiġi esposta fil-Kappella ghat-talb tal-pazjenti u qraba.
It-Tnejn, 29 ta’ Ġunju f’nofsinhar, Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali jqaddes fil-Kappella u jmexxi talb għall-morda. Fil-5.00p.m. tittieħed lura fil-Knisja tal-Ġiżwiti li fiha l-Beatu Nazju Falzon waqqaf il-Kongregazzjoni tar-Rużarju għall-membri tas-Servizzi u kien jiġborhom għat-talb u l-Qrar qabel joħorgu għall-gwerra u fejn ħejja għall-Magħmudija aktar minn 650 persuna.
It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju – Jum il-Morda – Ħinijiet tal-Quddies: 6.30a.m, 8.00a.m. , 10.00a.m., 11.00a.m. (għall-English Speaking Community) nofsinhar u 6.00p.m.
L-Erbgħa, l-1 ta’ Lulju – Jum il-Festa – Ħinijiet tal-Quddies: 6.30a.m., 8.00a.m., 10.00a.m., 11.00a.m. (għall-English Speaking Community) u nofsinhar u 6.30p.m. Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Ta’ Ġieżu, Valletta, fejn hu midfun il-Beatu Nazju Falzon.
Quddies fis-7.30, 10.00 u 11.00a.m. u fis-6.00p.m. il-membri tal-Catholic Enquiry Centre flimkien ma’ għadd ta’ Barranin jinġabru jitolbu fuq il-qabar tiegħu. Fis-6.15p.m. – Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Pawlu Cremona, Arċisqof Emeritus u l-Patrijiet Franġiskani.
Wara kull Quddiesa jsir talb għall-morda fuq il-qabar tal-Beatu Nazju Falzon.