Il-funzjonijiet reliġjużi li se jmexxu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied.
It-Tnejn 24 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Cremona jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-Katidral, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fil-11.00 p.m. b’kant ta’ għanjiet tal-Milied u l-prietka tat-tifel. Fil-11.30 a.m. tibda translazzjoni ta’ Ġesù Bambin li tkompli biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
F’ Jum il-Milied, it-Tlieta 25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof imexxi Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m.
F’ Jum il-Milied, l-Isqof Charles J. Scicluna imexxi Quddiesa Konċelebrata fil-Katidral tal-Imdina, fid-9.15 a.m.
Fil-31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof imexxi Konċelebrazzjoni ta’ Jum il-Paċi 2013, li ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5.30 p.m. Jitkanta wkoll it-Te Deum.
Fil-31 ta’ Diċembru, l-Isqof Charles J. Scicluna imexxi Konċelebrazzjoni ta’ Jum il-Paċi li ssir fil-Katridral tal-Imdina, fis-6.00 p.m. Jitkanta wkoll it-Te Deum. Jum il-Paċi jiġi ċċelebrat fl-Ewwel Jum tas-sena.