Il-ħames riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Joseph Galea-Curmi fuq it-tema Ġużeppina ‘Protettur u Reżiljenti’. L-Isqof Galea-Curmi jaqsam ħsibijietu dwar id-dixxerniment u kif fid-dawl tal-Ispirtu, aħna nagħrfu dak li Alla jixtieq minna li hu dejjem l-aħjar għalina. Il-proċess tad-dixxerniment iwassal għall-“iva” tagħa b’azzjoni u determinazzjoni.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021. Is-Sena Ġużeppina tnediet mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika Patris Corde. Din l-ittra tmiss ma’ seba’ temi mill-ħajja tal-maħbub San Ġużepp.


Għal iktar tagħrif dwar Behold, żur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram, fejn tista’ ssib akkumpanjament fit-talb kuljum. Agħfas hawn biex tinkiteb fin-newsletter li tintbagħat darba fil-ġimgħa bi tħejjija għall-Ħadd. Tista’ tibgħat il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tiegħek fuq [email protected].