• Qawra Parish Donates €4,320 to Dar Tal-Providenza

  • 1st October, 2013 

    €4,320 ġew mogħtija lid-Dar tal-Providenza bħala riżultat ta’ ġbir li sar apposta matul il-ġimgħa tal-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-patrun tal-parroċċa li ġġib l-istess isem fl-inħawi tal-Qawra-Buġibba. Il-preżentazzjoni saret minn żagħżugħ membru tas-sezzjoni ‘Preyouths’ tal-parroċċa lil Christine Borg, waħda mit-tliet persuni b’diżabilita’ fiżika li qed jesperjenzaw  ħajja ssapportjata f’dar ”Akkwarell”, dar residenjzali fl-istess komunita’ tal-Qawra. Fir-ritratt jidhru wkoll il-Kappillan, Fr Christopher Galea (fuq il-lemin) u Ms Remona Cuschieri, Koordinatriċi tas-Servizzi fid-Dar tal-Providenza (fuq ix-xellug).