-
-
Bħal kull sena, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru fil-Katidral tal-Imdina bejn is-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’ Jannar li ġej.
IS-SIBT 28 TA’ JANNAR 2017
5.45pm Traslazzjoni tar-Relikwija tal-Appostlu Missierna imexxija minn Mons Joe Galea Curmi, Vigarju Generali. 6.00pm Quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali. IL-ĦADD 29 TA’ JANNAR 2017
8.55am Kant tal-Lawdi. 9.30am Mons.Arċisqof Charles J Scicluna imexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali bil-Barka Apostolika, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, bil-paniġierku. 11.15am Quddiesa tal-ħin. 5.00pm It-Tieni Għasar Kantat, repożizzjoni tar-Relikwija u wara Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 6.00pm Quddiesa tal-ħin