• ***

    Direttur:        Mike Disa
    Atturi:            (vuċijiet ta’) Stephen Mangan, Jim Broadbent, David Tennant …
    Ħin:                 88 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U
     
    Pat huwa postman dħuli, twajjeb u  populari fir-raħal imdawwar bis-siġar ta’ Greendale. Pat iwiegħed lil martu li jeħodha ġita fl-Italja, għax kien qed jistenna li jieħu l-bonus. Iżda il-kap ġdid tal-posta, Carbuncle, ma jagħtiħx il-bonus u għalhekk biex ikun jista’ jżomm li wegħda li għamel lil marthu, Pat jiddeċiedi li jieħu sehem f’kompetizzjoni tal-kant, imsejħa “You’re the One”,  u jirbaħ, u jsir ċelebrita’. Carbuncle bla ma jintebaħ Pat idaħħal robots, jixbħu lil Pat, bħala l-postmen u l-ħaddiema l-oħra tal-posta fi Greendale, bħala parti mill-pjan tiegħu biex jiddomina d-dinja tan-negozju.
     
    Film animat, ibbażat fuq is-serje televiżiva għat-tfal, ‘Postman Pat’, li kienet populari ħafna mat-tfal fuq it-tv Ingliż. Il-film, iżda, idaħħal elementi li ma kienux fis-serje televiżiva, bħar-robots u l-pjan viljakk ta’ Carbuncle, li forsi ma tantx jappellaw għat-tfal żgħar. Il-film juri nostalġija għal kif kienet il-posta ingliża qabel ma’ ġiet ipprivatiżżata kif ukoll huwa twissija dwar il-perikli taċ-ċelebrita’, u jagħti messaġġ pożittiv dwar l-importanza tar-relazzjonijiet umani. Jgħodd għal kulħadd.