• Minħabba r-riħ u l-baħar qawwi tal-ġimgħa li għaddiet, il-pellegrinaġġ li kellu jsir nhar il-Ħadd, 2 ta’ Lulju, bl-istatwa ta’ San Publiju fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, minflok se ssir nhar il-Ħadd li ġej, 9 ta’ Lulju 2017.
     
    Il-pellegrinaġġ, li qed jiġi organizzat mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta, se jsir għaliex din is-sena qed jiġu mfakkra l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl Appostlu. Fuq il-Gżejjer se tiġi ċċelebrata wkoll l-Ewkaristija.
     
    L-idea wara dan il-pellegrinaġġ hi li jitfakkar il-martirju ta’ San Pawl, jiġu mfakkra u mġedda l-għeruq Insara tagħna l-Maltin kif ukoll biex jitfakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Publiju ta’ Malta.
     
    Il-pellegrinaġġ se jibda fil-5pm minn ħdejn il-Gillieru fejn se jkun hemm il-laneċ lesti biex jitilqu lejn il-Gżejjer.
     
    Kulħadd mistieden jattendi, b’mod partikolari n-nies li għandhom dgħajsa li jistgħu jakkumpanjaw il-pellegrinaġġ bil-baħar permezz tad-dgħajsa tagħhom u bil-bandiera ta’ Malta.
     
    Kull min hu interessat jista’ jibgħat messaġġ lill-paġna fuq Facebook: Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.