Nhar il-Ħadd 28 ta’ Ottubru 2012 sar pellegrinaġġ Marjan mill-knisja parrokkjali tar-Rabat sal-Katidral tal-Imdina. Dan il-pellegrinaġġ ġie organizzat mill-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi. Fih ħadu sehem 11-il fratellanza tar-Rużarju u matul il-pellegrinaġġ ingħad ir-rużarju b’talb apposta mħejji mis-Segretarjat tal-Liturġija. L-animazzjoni tar-rużarju saret mill-patrijiet Dumnikani u mill-kor Mirabitur. Il-pellegrinaġġ tmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Kienu prezenti wkoll l-E.T. Mons. Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku, u Isqof mill-Malawi.

Click on the photos to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: info@photocityonline.com