- 
  
- 
Matul Jannar 2019, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-Parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija. FIl-bidu tal-Viżta Pastorali huwa ċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u wara ltaqa’ mal-komunità ta’ Santa Luċija, mal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà civili. Waqt il-Viżta, l-Arċisqof kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal u l-adolexxenti, mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċ, kif ukoll mal-istudenti u l-edukaturi tal-iskola sekondarja fil-Kulleġġ St Thomas More. Fil-jiem li qatta’ f’Santa Luċija, l-Arċisqof żar anzjani u persuni morda fid-djar tagħhom. 
- 
- 
  
- 
  
- 
  
- 
  
- 
Ritratti: knisja.mt/ritratti 
 
					



