L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dawn il-Ħdud ta’ din is-sena, matul is-sena qed naqraw l-Evanġelju ta’ San Luqa. San Luqa huwa ħabib tagħna l-Maltin u l-Għawdxin għaliex fiż-żewġ kotba li kiteb, l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli, isemmina kif isemmi wkoll ir-rakkont tal-miġja ta’ San Pawl fostna.
Grati ħafna lejn dan l-Evanġelista li kien tabib, Luqa, li wkoll hu evanġelista missjunarju. Fl-Evanġelju u fl-Atti tal-Appostli, San Luqa jagħtina riflessjoni dwar il-missjoni ta’ min jieħu sehem dak kollu li ġabilna Ġesù. Fl-Evanġelju tal-lum, hu l-Mulej stess li jagħżel 72 barra t-12 li kien sejjaħ biex ikunu ħafna qrib tiegħu, u jibgħathom “tnejn tnejn f’kull belt u post fejn kien se jmur hu” (Lq10:1).
F’din is-silta tal-Evanġelju ta’ San Luqa li mill-kap għaxra għandna ftit regoli tal-appostolat tal-missjoni ta’ min hu mibgħut. Il-kelma ‘appostlu’, mill-Grieg ‘appostolein’ tfisser li tkun mibgħut. Hekk ukoll il-kelma ‘missjoni’ ġejja minn ‘missio’ mill-fatt li xi ħadd ikun mibgħut biex jagħmel xi ħaġa jew jagħti aħbar. Nistgħu ngħidu li tkun appostlu tfisser ukoll missjunarju. Waħda hi kelma ġejja mill-Grieg u l-oħra mil-Latin.
Imma x’inhi r-regola għall-missjunarju? L-ewwel nett Ġesù jgħid li l-missjunarju jew l-appostlu hu ħaddiem fl-għalqa tal-ħsad. Mhux bilfors dak li qed taħsad żrajtu inti, imma mibgħut għall-ħsad. Il-Mulej jgħid: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit!” (Lq 10:2). Allura jgħidilna l-ewwel nett biex nitolbu: “Itolbu mela lil Sid il-ħsad” (Lq 10:2).
L-ewwel regola tal-appostlu l-missjunarju huwa li jidħol fil-misteru tal-għaqda tiegħu mal-Mulej fit-talb. “Itolbu mela lil Sid il-ħsad.” It-tieni regola hi li ma tiddependix fuq il-forzi u l-kapaċitajiet tiegħek. Ġesù jgħidha b’mod konkret ħafna, la tieħdu magħkom il-but jiġifieri tiddependix fuq il-flus, “la ħorġa u lanqas qrieq” (Lq 10:4), imma tkun determinat li l-missjoni mhix tiegħek imma tal-Mulej, tiddependix fuq il-ħiliet tiegħek innifsek imma fl-istess ħin il-Mulej għandu bżonnok.
Jekk jiena warrabt il-paċi li jagħtini l-Mulej, il-paċi miegħi nnifsi, il-paċi ma’ ħuti, il-paċi ma’ Alla, naf għal liema konsegwenzi se nidħol għalihom?
U x’inhi l-missjoni? L-ewwel nett tinġabar fit-tislima li l-Mulej jgħid u jgħallem lill-missjunarji. Fid-dar fejn tidħlu l-ewwel għidu: “Is-sliem lil din id-dar” (Lq 10:5). Li aħna nxerrdu l-paċi ta’ Ġesù, il-paċi fil-qalb, il-paċi bejnietna, il-paċi ma’ Alla. Din hi l-missjoni ta’ kull wieħed u waħda minna. U għandu espressjoni sabiħa Ġesù: “Jekk fiha (fid-dar) ikun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu” (Lq 10:6).
Kemm hi sabiħa din l-espressjoni, tiġbor il-missjoni tal-knisja, tal-familja ta’ Ġesù li mhux biss inwasslu l-paċi imma niltaqgħu ma’ nies li jħobbu s-sliem, li jħobbu l-paċi. Il-Mulej ukoll javżana li l-missjoni tagħna hi missjoni ta’ fejqan. Il-fejqan tar-ruħ u tal-ġisem, aħna niċċelebrawh fil-qrar u d-dilka tal-morda imma wkoll fl-eżorċiżmu, is-setgħa fuq il-ħażen u x-xitan.
Ġesù javżana wkoll li jista’ jkun hemm min ma jilqagħniex, jippreparana li l-missjoni mhux se tkun dejjem suċċess. Se jkollha wkoll il-mument tal-falliment. Ikun hemm bliet li jilqgħukom imma jkun hemm ukoll min ma jilqagħkomx. “Il-belt li fiha tidħlu u ma’ jilqgħukomx” (lq 10:10), intom aċċettaw il-fatt li ma laqgħukomx u morru xi mkien ieħor. Imma min ma jilqax is-sliem ta’ Ġesù jkollu wkoll jerfa’ l-konsegwenzi li jagħżel hu. Ta’ min nifmuha din. Jekk jiena warrabt il-paċi li jagħtini l-Mulej, il-paċi miegħi nnifsi, il-paċi ma’ ħuti, il-paċi ma’ Alla, naf għal liema konsegwenzi se nidħol għalihom? Kultant narawhom quddiemna. Ejjew naħsbu f’din l-opportunità li jagħtina l-Mulej.
Id-dixxippli jerġgħu lura għax raw il-qawwa tal-isem ta’ Ġesù, jifirħu bil-qawwa tal-isem ta’ Ġesù fuq il-ħażen. Imma hu jgħidilkom mhux għalhekk ifirħu, għaliex il-missjoni jista’ jkollha suċċess, u tista’ wkoll tkun falliment. Ifirħu li isimkom huwa ma’ dawk li qed jippruvaw ikunu ma’ Ġesù, “isimkom miktub fis-smewwiet” (Lq 10:20).
I would like to greet our friends from the United Kingdom. Thank you for being part of this mass in Maltese, a very ancient language which is semitic. Thank you for bearing up with our fireworks, you see we celebrate feasts around the islands, and they happen to be very noisy at times.
In the Gospel today, Jesus invites 72 disciples to join him in his mission. ‘Apostle’ comes from the Greek and means to be on a mission to be sent but also mission comes from the Latin ‘missio’. They have the same meaning but different routes from the Greek or from the Latin. The Christians are people on a mission. We are sent by Jesus, and the main purpose of this mission is to bring a message, the good news of peace. He tells us: ‘Wherever you go, your greetings should be ‘peace be with you’.
Peace with ourselves, among ourselves, peace with God. He also warns us that our mission may not always be a success. He warns us that we may be rejected, that our mission may at times be a total failure. So, when the disciples return and say: ‘That was a good thing we saw the devil also subjected to the strength and the power of your name.’ Jesus tells them: ‘That’s not why you should be happy. You should be happy because you did what you were called to do. You did your best and that should bring you comfort.’
Thank you for sharing your music with us today. Thank you for bearing the heat of the islands of Malta in the summer. But also welcome to the islands of St Paul. I know that you’re going to Gozo, our sister island, celebrating a great and saintly Pope St John Paul II. I would like to thank JPII – the St John Paul II Foundation – for making your visit possible and for inviting you to be with us today.
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
Qari tal-quddiesa
Qari I: Iż 66:10-14ċ
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a,16 u 20
Qari II: Gal 6:14-18
L-Evanġelju: Lq 10:1-12,17-20