• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala Rettur tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

      Dun Albert Buhagiar twieled fid‑19 ta’ Awwissu 1964. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, il‑Kulleġġ tal‑Karmelitani, Santa Venera, u l‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija, fl‑Università ta’ Malta.

      Dun Albert ġie ordnat saċerdot fit‑2 ta’ Lulju 1993. L‑ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil‑Parroċċa tal‑Gżira bħala viċi‑kappillan. Sentejn wara huwa nħatar viċi‑kappillan fil‑Parroċċa taż‑Żejtun, u fl‑1996 inħatar segretarju personali tal‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl‑istess żmien, huwa wettaq ukoll ħidma pastorali fil‑parroċċi ta’ Marsaskala u  Ħal Luqa. Fl‑2002 huwa nħatar Arċipriet tal‑Parroċċa tas‑Siġġiewi. F’Novembru tal‑2011 huwa nħatar Arċipriet tal‑parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta.

      Fil‑preżent, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof hemm 23 seminarista li qed jiddixxernu l‑vokazzjoni tagħhom u jħejju ruħhom għas‑saċerdozju.