• New Parish Priest for Senglea

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Robin Camilleri bħala Arċipriet tal-parroċċa Marija Bambina, l-Isla (Senglea). 

    Dun Robin twieled il-Gżira fit-30 ta’ Mejju 1979 u joqgħod Ħal Luqa. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Gżira u l-iskola sekondarja Vincenzo Bugeja, Birkirkara. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

    Dun Robin Camilleri ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2012 u serva bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Marija Bambina, l-Isla. F’dan il-perijodu ta servizz fis-Segretarjat għall-Katekeżi, kif ukoll bħala Direttur Spiritwali fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST). Fi Frar li għadda, l-Arċisqof ħatru bħala amministratur tal-istess parroċċa.

    Il-parroċċa tal-Isla tiġbor fiha madwar 3,200 persuna f’1,100 familja.