• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun George J. Schembri bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija, l‑Imġarr.

      Dun George Schembri twieled fit‑8 ta’ Frar 1985 u rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl‑iskola Stella Maris f’Ħal Balzan u fl‑iskola St Elizabeth f’Tas‑Sliema, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liceo Dun Ġużepp Zammit (Brighella) il‑Ħamrun, u l‑edukazzjoni post‑sekondarja f’Giovanni Curmi Higher Secondary, in‑Naxxar. Huwa kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 2012.

      Dun George beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil‑Parroċċa tal‑Imqabba, viċi arċipriet fil‑Parroċċa taż‑Żurrieq kif ukoll viċi kappillan fil‑Parroċċa tal‑Imġarr. 

       

  • Huwa serva wkoll bħala religious counsellor f’diversi skejjel statali.

    Il‑parroċċa tal‑Imġarr tiġbor fiha madwar 3,900 persuna f’1,300 familja.