• Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta ser toffri żewġ korsijiet ġodda fuq livell ta’ Master of Arts. Il-kors MA in Catholic School Leadership jindirizza t-tmexxija tal-iskejjel tal-Knisja, filwaqt li l-kors MA in Christian Faith Formation hu aktar ġeneriku u jindirizza l-ethos Kattoliku tal-iskejjel tal-Knisja. Dawn iż-żewġ korsijiet se jiġu offruti minn Ottubru li ġej, fuq bażi part-time.

    Il-kors MA in Catholic School Leadership huwa wkoll approvat mid-Direttorati għall-Edukazzjoni u jissodisfa l-kriterji mitluba mill-Istat għall-kariga ta’ Kap ta’ Skola.

    Il-Fakultà tat-Teoloġija dejjem fittxet li tkun ta’ servizz għall-Knisja f’Malta u għas-soċjetà Maltija, b’mod speċjali billi twieġeb għas-sinjali taż-żminijiet u toħloq korsijiet ta’ studju fuq livell universitarju b’mod pro-attiv.

    F’dan id-dawl, il-Fakultà tat-Teoloġija se toffri wkoll numru ta’ korsijiet oħra minn Ottubru li ġej:

    BA (Hons) Theology
    BA (Hons) Theology with a Subsidiary Area
    BA Theology and Human Studies
    Bachelor of Sacred Theology
    Diploma in Religious Studies
    Licentiate in Sacred Theology
    MA in Bioethics
    MA in Family Ministry
    MA in Matrimonial Canon Law and Jurisprudence
    MA of Arts in Theology
    MA in Religious Studies
    MA in Youth Ministry
    Postgraduate Diploma in Pastoral Psychology
    Doctor of Philosophy
    Doctor of Sacred Theology

    Aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet hija aċċessibbli fuq www.um.edu.mt/courses.
    L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu online sat-23 ta’ Lulju 2015 fuq www.um.edu.mt/apply.
    Aktar informazzjoni fuq (Tel) 2340 2767 jew (Email) [email protected].