Fil-fehma tar-rettur tal-Kulleġġ Santu Wistin, is-sitwazzjoni li nħolqot wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-Bord tal-MEPA ma laqax l-applikazzjoni li saret quddiemu biex issir estensjoni tal-Kulleġġ tista’ twassal kuntrarjament għal dak li ssostni r-Riforma Nazzjonali tal-Edukazzjoni, fejn għadd ta’ tfal mhux se jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.

Dejjem skont Fr Alan, fin-nofs hemm ukoll il-prinċipju tal-kontinwità “li hu l-bażi ta’ din ir-riforma biex uliedna f’età daqshekk żgħira jgħaddu mingħajr skossi mill-fażi Primarja għal dik Sekondarja”.

Hemm ukoll il-prinċipju tal-ugwaljanza soċjali, għaliex kif spjega hu, mis-sena 2011/2012 id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja beda jsir permezz ta’ polza bejn l-applikanti kollha, “bir-riżultat li kulmin jixtieq, jista’ jidħol f’dawn l-iskejjel minkejja l-abilità akkademika tiegħu”.

IL-ĠENSillum online stiednet lil Fr Alan jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com