-
-
Id-Dar tal-Providenza, se tiftah iċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mit-twaqqif tagħha b’KUNĊERT li se jsir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru fis-7.30 ta’ filgħaxija. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Se jkun taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, u l-E.T. l-Isqof Charles J Scicluna – Amministratur Appostoliku.
Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Maġġur John Ivan Borg, u se ddoqq kompozizzjoni li nkitbet ghall-okkazzjoni bl-isem: ISPIRAZZJONI DIVINA, kitba ta’ Sunny Aquilina, muzika ta’ Mro Ray Sciberras. Jiehdu sehem is-sopran Rosabelle Bianchi, il-Coro Bel Canto u l-kor tat-tfal mill-Kullegg De La Salle. Kompozizzjonijiet ohra huma; Ave Verum Chorpus ta’ Mozart, l-Ave Maria ta’ William Christopher Gomez, kif ukoll, peress li se nkunu dhalna sew fi zmien il-Milied, il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se tesegwixxi siltiet muzikali tal-Milied
Fl-2015, id-Dar tal-Providenza se tkun qed tiċċelebra il-50 sena mit-twaqqif tagħha minn Mons Mikiel Azzopardi. Illum din id-Dar ghandha mal-mitt resident fi djar differenti, tmexxi tlett’idjar fil-komunita’ u toffri wkoll servizz ta’ respite. Biex twettaq din il-hidma, id-Dar tal-Providenza ghandha bzonn mat-tlett miljuni u nofs Ewro fis-sena.
L-inizjattiva tal-RTK4Charity – Dar tal-Providenza biex il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta ttella’ kunċert huwa biex ikomplu jinġabru aktar fondi b’riżq l-istess Dar.
Dħul għaIl-kunċert huwa bla ħlas u kulħadd mistieden jattendi.
Biljetti bla hlas jinkisbu billi iciċempel fuq 7949 3923 jew jibgħat imejl fuq [email protected]