• Mgr Alfred Xuereb appointed Pope’s delegate on two Vatican commissions

  • Il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb bħala Delegat tal-Kummissjoni dwar l-Istitut għax-Xogħlijiet ta’ Reliġjon, magħrufa aħjar bħala l-Bank tal-Vatikan (I.O.R.), u bħala Delegat tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tas-Santa Sede. Fil-preżent, Monsinjur Xuereb huwa Segretarju Privat tal-Papa Franġisku.

    Il-ħidma li ġiet fdata lilu mill-Papa titlob li, f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat tal-Istat, huwa jsegwi b’reqqa u jinforma lill-Papa direttament dwar il-ħidma ta’ dawn iż-żewġ kummissjonijiet f’dak li jikkonċerna l-proċedura ta’ xogħol u inizjattivi li jistgħu jittieħdu mill-istess kummissjonijiet.

    Iż-żewġ kummissjonijiet twaqqfu mill-Papa Franġisku biex iwettqu riformi fil-ħidma tal-Bank tal-Vatikan u fl-istruttura ekonomika u amministrattiva tas-Santa Sede.

    Il-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tas-Santa Sede hija immexxija mill-ekonomista Malti, is-Sur Joe FX Zahra.