• Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    10 t’April 2015

     

    Għeżież ħuti fl-episkopat,

    L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom, tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fil-Kenja, u li tagħtu ħajjitkom filwaqt li taqdu l-ħidma tagħkom. L-Episkopat jikkonferma x-xhieda tagħkom, għaliex l-Episkopat huwa forma ulterjuri ta’ xhieda u ta’ servizz. Permezz tal-preżenza tagħkom nixtiequ nwasslu s-solidarjetà tagħna mal-poplu ta’ Garissa, il-Kenja. Solidarjetà li tfisser ukoll appoġġ fejn dak kollu li għandna bżonn nagħmlu biex inkunu ta’ għajnuna konkreta, nimpenja ruħi li nagħmluh.
     

    ✝ Charles Jude Scicluna

       Arċisqof ta’ Malta