-
-
Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fil‑kappella ddedikata lil dan il‑qaddis fil‑bini tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din ser issir għada t‑Tlieta, 24 ta’ Lulju 2018, f’nofsinhar. Ir-residenti tal-Furjana u dawk kollha li jaħdmu f’din il-lokalità huma mistiedna jattendu.
Ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li tinsab eżatt wara l‑kappella prinċipali fil‑Kurja. Ir‑relikwi tal‑qaddis nġiebu Malta miċ‑ċimiterju ta’ Pretestato, fl‑Italja, fl‑1753.