Nhar it-Tlieta, 4 ta’ Novembru, fis-6:00pm, se tiġi ċċelebrata l-quddiesa annwali għall-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem minn Novembru 2024 ’l hawn.

Iċ-ċelebrazzjoni se tkun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna, flimkien mal-Provinċjali rġiel u numru ta’ saċerdoti. Matul il-quddiesa, se jinqraw l-ismijiet tas-saċerdoti, il-patrijiet u s-sorijiet li ħallewna fl-aħħar tnax-il xahar, bħala tifkira u talb għall-mistrieħ ta’ ruħhom.

Ir-reliġjużi nisa u l-lajċi huma mistiedna jieħdu sehem f’dan is-suffraġju, bħala sinjal ta’ għaqda fil-fidi u talb komuni għall-mejtin tagħna.