Bejn is-Sibt, 6 ta’ Frar u s-Sibt, 13 ta’ Frar, 2010, ser tiġi organizzata għall-ewwel darba ĠIMGĦAŻWIEĠ, filwaqt li fl-14 ta’ Frar ser jiġi ċċelebrat JUM IŻ–ŻWIEĠ NISRANI. Din il-Ġimgħa ser tibda u tispiċċa b’żewġ Konferenzi Nazzjonali li ġew organizzati minn ProġettImpenn (Kummissjoni Djoċesana Familja, Moviment ta’ Kana u Caritas).
L-ewwel konferenza bit-tema ‘Lejn Żwieġ b’Saħħtu’ se ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Frar, bejn id-9.30a.m. u l-11.30a.m, fil-Ballroom tal-lukanda Phoenicia, Floriana. Il-kelliema se jkunu:
- L-Onor. Lawrence Gonzi, Prim Ministru.
- L-Onor. Joseph Muscat, Kap tal-Oppozizzjoni.
- Is-Sinjura Kate Gonzi.
- Is-Sinjura Michelle Muscat.
- Jagħlaq l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
Imexxi din il-konferenza is-Sur Lawrence Grech, ex-editur tas-Sunday Times.
It-tieni konferenza bit-tema ‘Xejriet fil-Familji Maltin – Fatti u Figuri’ se ssir bil-għajnuna tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nhar is-Sibt 13 ta’ Frar, bejn id-9.30a.m. u l-11.30a.m, fil-Ballroom tal-lukanda Phoenicia, Floriana. Il-kelliema se jkunu:
- Is-Sur Michael Pace Ross, Direttur {enerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
- Is-Sur Etienne Caruana, Direttur Social Statistics & Information Society, li se jitkellem dwar il-faqar u kundizzjonijiet li fihom igħixu l-familji.
- Is-Sur Clyde Caruana, espert tal-istatistika, li se jitkellem dwar il-benefiċċji soċjali.
- Reazzjoni minn Mons. Anton Gouder.
- Jagħlaq l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
Imexxi din il-konferenza s-Sur Alex Attard, membru ta’ ProġettImpenn.