• Kif kien imħabbar kmieni din is-sena, il-Knejjes Insara f’Malta ġew afdati li jħejju l-materjal għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara tas-sena 2020.

    Grupp ta’ 14-il parteċipant immexxi minn Mons. Prof. Hector Scerri, iltaqghu bejn Frar u Mejju li għadda biex iħejju l-abbozz tal-materjal kollu. Ir-rappreżentanti kienu jinkludu Kattoliċi, Anglikani, Presbiterjani, Luterani u Ortodossi f’Malta. Il-materjal intbaghat barra minn Malta biex jiġi evalwat.

    F’nofs Settembru, imbagħad, ġie Malta grupp internazzjonali biex jistudja l-materjal imħejji mill-Insara Maltin. Il-grupp ta’ 12 kien jikkonsisti minn sitt rapprezentanti Kattoliċi barranin u sitt rapprezentanti mill-Kunsill Dinji tal-Knejjes. Fosthom kien hemm membri mill-Ġermanja, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Indoneżja, Singapore, il-Brażil, Franza u l-Vatikan. Kien hemm ukoll rappreżentanza Maltija li kienet tinkludi lil Dun Hector Scerri, Dorianne Buttigieg u Dr Patricia Micallef.

    Fl-aħħar jum, Ghawdex kien irrappreżentat minn Mons. Ġużeppi Attard li huwa inkarigat mill-ekumeniżmu f’Ghawdex.

    Il-materjal li tħejja se jintuża mill-Insara mad-dinja kollha f’Jannar 2020.