Nhar is-26 ta’ Novembru l-Arċisqof Malti Ġorġ Frendo żar il-belt ta’ Thumana fid-djoċesi tiegħu f’Tiranë-Durrës, l-Albanija li ntlaqtet minn terremot dakinhar stess. Hemmhekk l-Isqof talab għall-vittmi kollha u għall-ħaddiema li ilhom għaddejjin bit-tfittxijiet għal dawk mitlufa.