Għada, l-24 ta’ Diċembru, fil-10:45pm jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir il-prietka tat-tifel, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied. F’nofsillejl l-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni tixxandar live fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.mt.


Fil-25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Il-Quddiesa tibda fid-9:30am u tixxandar live fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.mt.