Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m., tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

L‑Erbgħa 2 ta’ Awwissu, fil‑11:00am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa minn Dar Bjorn, Ħaż‑Żebbuġ.

Il‑Ħamis 3 ta’ Awwissu, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jippresiedi l‑funeral tal‑Isqof Emeritu Pawlu Darmanin u oħtu Mary Darmanin fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar.

Is‑Sibt 5 ta’ Awwissu, fis‑5:45pm, Mons. Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni u l‑Primi Vespri fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Salvatur, Ħal Lija, fil‑festa tat‑Trasfigurazzjoni tal‑Mulej.

Il‑Ħadd 6 ta’ Awwissu, fid‑9:15am, Mons. Arċisqof jiċċelebra pontifikal fil‑festa tat‑Trasfigurazzjoni tal‑Mulej mill‑Knisja Parrokkjali tas‑Salvatur, Ħal Lija.

Is‑Sibt 12 ta’ Awwissu, fis‑6:00pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun David Borg fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.

Il‑Ħadd 13 ta’ Awwissu, fid‑9:00am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa ta’ San Gejtanu, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun.

It‑Tnejn 14 ta’ Awwissu, fis‑7:30pm, Mons. Arċisqof imexxi pontifikal f’għeluq l‑400 sena mit‑twaqqif tal‑Kapitlu Katidrali, fil‑Katidral ta’ Sidtna Marija Mtellgħa fis‑Sema, ir‑Rabat, Għawdex.

It‑Tlieta 15 ta’ Awwissu, fid‑9:15am, Mons. Arċisqof imexxi pontifikal fil‑festa ta’ Santa Marija, fil‑Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta.

Is‑Sibt 19 ta’ Awwissu, fis‑6:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑anniversarju tal‑100 sena mit‑tqegħid tal‑ewwel ġebla fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il‑Kbir, Tas‑Sliema.

Il‑Ħadd 20 ta’ Awwissu, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja tal‑Bon Kunsill, Paceville. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mtNewsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103. Fit‑8:00pm l‑Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑repożizzjoni tar‑relikwa ta’ Santa Elena u wara jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑Bażilika ta’ Santa Elena, Birkirkara.

It‑Tlieta 22 ta’ Awwissu, fid‑9:15am, Mons. Arċisqof jikkonċelebra quddiesa bl‑ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Sandro Overend Rigillo OFM fis‑Santwarju tas‑Sultana tal‑Qalb ta’ Ġesù (Sacro Cuor), Tas‑Sliema.

Is‑Sibt 26 ta’ Awwissu, fis‑6:30pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑60 anniversarju mill‑professjoni ta’ Madre Michelina Mifsud tas‑Sorijiet Agostinjani tal‑klawsura, fil‑Monasteru Santa Katerina, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 27 ta’ Awwissu, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tal‑Kunċizzjoni, f’Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mtNewsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103. Fis‑6:30pm l‑Arċisqof jiċċelebra l‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Roderick Camilleri bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ Ħaż‑Żabbar, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar.