
Matul ix‑xahar ta’ Novembru l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi
Is-Sibt, 1 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha bis-sehem tal-membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija fil-Konkatidral, San Ġwann fil-Belt Valletta. Dakinhar titfakkar ukoll il-75 sena mid-Domma tat-Tlugħ fis-Sema tal-Imqaddsa Verġni Marija Assunta. Fl-4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.
Il-Ħadd 2 ta’ Novembru, fid-9:30am, fit-Tifkira tal-Mejtin, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Ġublew ta’ dawk li tilfu li xi ħadd għażiż, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan.
It-Tlieta 4 ta’ Novembru, fis-6:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju tal-isqfijiet, monsinjuri, saċerdoti u reliġjużi mejtin fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru, fil-5:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-25 sena mill-ftuħ tal-ewwel xelter tat-tieni stadju, li jilqa’ nisa u tfal li qed jaħarbu mill-vjolenza.
Is-Sibt 8 ta’ Novembru, fl-4:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar.
Il-Ħadd 9 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum it-Tifkira fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Fl-4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar.
It-Tnejn 10 ta’ Novembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr mal-gradwati ġodda tal-Università ta’ Malta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
L-Erbgħa 12 ta’ Novembru, fis-6:30pm, fil-Ġublew tal-Katekisti l-Arċisqof flimkien mal-katekisti jmexxi mument ta’ talb, riflessjoni u testimonjanzi ta’ esperjenzi kateketiċi, fl-Awditorju tas-Soċjetà tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda.
Il-Ħamis 13 ta’ Novembru, fis-6:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr mal-gradwati ġodda tal-MCAST fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Is-Sibt 15 ta’ Novembru, fis-6:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq.
Il-Ħadd 16 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl f’Ħal Safi. Fl-4:00pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.
It-Tnejn 17 ta’ Novembru, fil-5:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Akkolitat lil seminarista fil-kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat.
Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-225 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà tas-Sorijiet tas-Sacred Heart fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan.
Is-Sibt 22 ta’ Novembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof imexxi l-Ġublew taż-Żgħażagħ fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan, f’ħin ta’ talb u djalogu magħhom.
Il-Ħadd 23 ta’ Novembru, fid-9:00am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità ta’ Kristu Re u jqiegħed kuruna fuq ras l-istatwa ta’ Kristu Sultan, fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid. Fil-5:00pm fiċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re, l-Arċisqof jmexxi l-Għasar u jagħti l-barka sagramentali, fil-Bażilika Kristu Re f’Raħal il-Ġdid.
It-Tnejn 24 ta’ Novembru, fis-6:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-25 sena ta’ ħajja reliġjuża ta’ Sr Esther tat-Trinità Qaddisa fil-Monasteru Karmelitan Ommna Qaddisa fir-Rabat.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru, fl-10:00am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-ewwel anniversarju mir-restawr tal-kappella taċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.
Is-Sibt 29 ta’ Novembru, fl-4:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fi Fleur-de-Lys.
Il-Ħadd 30 ta’ Novembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa, f’għeluq is-60 sena mit-twaqqif ta’ Din l-Art Ħelwa fil-Knisja tal-Vitorja fil-Belt Valletta.
 
					



