Photo: Archdiocese of Malta – Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:

Il‑Ħamis 1 ta’ Mejju, fit-8:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mal-Kapitlu Provinċjali tal-Kapuċċini fil-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kapuċċini, fil-Furjana.

Is-Sibt 3 ta’ Mejju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa bir-rit tal-ordinazzjoni ta’ Fra Ryan Dalli OFM Cap., fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook Malta.

Il-Ħadd 4 ta’ Mejju, fid-8:45am, l‑Arċisqof  jiċċelebra quddiesa pontifikali fil-festa ta’ San Publiju, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju fil-Furjana.

Il-Ħamis 8 ta’ Mejju fis-7:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fi tmiem il-pellegrinaġġ tal-festa tal-Madonna ta’ Pompej f’Marsaxlokk.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda.

Is-Sibt 17 ta’ Mejju fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa bl-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook Malta.

Fis-6pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-100 sena mill-kanonizzazzjoni ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, fil-Knisja ta’ Santa Tereża f’Birkirkara. 

Il-Ħadd 18 ta’ Mejju fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera f’Santa Venera. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.

It-Tlieta 20 ta’ Mejju fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mas-saċerdoti novelli, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-Ħamis 22 ta’ Mejju fil-5:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, f’għeluq il-125 sena mill-kanoninzzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia.

Il-Ħadd 25 ta’ Mejju, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. 

Il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit-30 anniversarju mit-twaqqif ta’ Radju Marija, fil-Knisja tad-Dumnikani fir-Rabat.

Is-Sibt 31 ta’ Mejju fl-4:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha studenti mill-iskola St Edward’s jirċievu s-sagrament tal-grizma tal-isqof, fl-iskola tagħhom stess fil-Birgu.