Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
L‑Erbgħa 7 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’tifkira taż‑żewġ assedji ta’ Malta, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il‑Birgu.
Il‑Ħamis 8 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra pontifikal fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ħadd 11 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Ħerba, Birkirkara. Din tixxandar fuq TVM.
L‑Erbgħa 14 ta’ Settembru, fil‑festa tal‑Eżaltazzjoni tas‑Salib Imqaddes, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu),
il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ħamis 15 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., fil‑festa ta’ Marija Addolorata, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu),
il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
L‑Erbgħa 21 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., f’Jum l‑Indipendenza, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ġimgħa 23 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Paul Mizzi bħala l‑kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġiljan, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.
Il‑Ħamis 29 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., fil‑festa ta’ San Mikiel, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja tal‑Kapuċċini, il‑Furjana. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ġimgħa 30 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jordna saċedot lil Patri Manwel Aquilina OCD fil‑Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara.