Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
Il‑Ħadd 2 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
It‑Tnejn 3 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
It‑Tlieta 4 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fir‑residenza tal‑anzjani Ghigo Community Residency, il‑Gudja. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ġimgħa 7 ta’ Ottubru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Patri Bertrand Vella OFM Cap., fil‑Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann.
Is‑Sibt 8 ta’ Ottubru, fis‑6 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑anniversarju tal‑konsagrazzjoni tal‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.
Is‑Sibt 15 ta’ Ottubru, fl‑4 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa bil‑professjoni ta’ Sor Ramona Privitelli tas‑Sorijiet tal‑Karità fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il‑Birgu.
Il‑Ħadd 16 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑ħames anniversarju mill‑qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fil‑Knisja tal‑Familja Mqaddsa, il‑Bidnija. Fil-5 p.m. jiċċelebra quddiesa fil‑75 anniversarju mill‑Inkurunazzjoni tal‑kwadru tal‑Madonna tas‑Saħħa, fil-Knisja ta’ San Franġisk, ir‑Rabat.
Il‑Ħamis 20 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Monasteru ta’ Sant’Ursola, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ħadd 23 ta’ Settembru, il‑Ġurnata Missjunarja, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija, il‑Mosta. Din tixxandar fuq TVM. Fl‑4:15 p.m. jiċċelebra quddiesa fejn l‑adolexxenti mill‑parroċċa ta’ Ta’ Xbiex jirċievu s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof.
Is‑Sibt 29 ta’ Ottubru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Bażilika tal-Mosta u jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof.
Il‑Ħadd 30 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta fejn se jkun hemm għall-wiri pjaneta ta’ Papa San Piju V. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑6:30 p.m. jiċċelebra quddiesa fil-Bażilika tal-Mosta u jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof.