Matul ix‑xahar ta’ Lulju l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħamis 1 ta’ Lulju, tifkira tal‑Beatu Nazju Falzon, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 2 ta’ Lulju, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika ta’ Minuri ta’ Sidtna Marija ta’ Porto Salvo u ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta, fl‑450 anniversarju
mit‑twaqqif tal‑parroċċa.

Is‑Sibt 3 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Il‑Ħadd 4 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella
tad‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi, fil‑bidu tal‑maratona ġbir ta’ fondi b’risq din ir‑residenza u f’għeluq il‑25 anniversarju mill‑ordinazzjoni saċerdotali ta’ Dun Martin Micallef, Direttur tad‑Dar u sħabu s‑saċerdoti. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħadd 11 ta’ Lulju, Solennità ta’ San Benedittu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Monasteru ta’ Santa Skolastika, il‑Birgu. Din tixxandar fuq TVM2. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tad‑Duluri, San Pawl il‑Baħar, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Patri Joseph Mamo OFM Conv. bħala kappillan.

It‑Tnejn 12 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Pulizija. Din tixxandar fuq TVM2.

L-Erbgħa 14 ta’ Lulju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq is‑60 anniversarju tal‑ordinazzjoni saċerdotali ta’ Dun Ang Vella u Dun Ġorġ Mangion, fil‑kappella ta’ San Filippu, Ħal Għaxaq.

Il‑Ġimgħa 16 ta’ Lulju, festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 18 ta’ Lulju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja ta’ San Nikola, il‑Belt Valletta, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Papàs Prof. Martin Zammit bħala kappillan tal‑parroċċa Griega‑Kattolika. Din tixxandar fuq TVM2. Fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja tas‑Sagra Familja, il‑Bidnija, fil‑100 anniversarju
mit‑twaqqif tagħha.

Il‑Ħadd 25 ta’ Lulju, festa ta’ Sant’Anna u l‑ewwel Jum Dinji tan‑Nanniet u l‑Anzjani mwaqqaf mill‑Papa Franġisku, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Il‑Ħamis 29 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Salvatur, Ħal Lija.

Il‑Ġimgħa 30 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament
tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Salvatur, Ħal Lija.

Is‑Sibt 31 ta’ Lulju, fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il‑Kbir, Tas‑Sliema.