-
-
-
Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qed torganizza konferenza mnebbħa mill-Enċiklika tal-Papa Franġisku “Laudato Si’”. Fil-konferenza bit-tema “Laudato Si’: mid-Dokument għall-Azzjoni”, rappreżentanti ewlenin tal-Istat u tal-Knisja qed jiġu mistiedna jiddiskutu, u possibbilment jimpenjaw ruħhom f’għadd ta’ proposti ispirati mill-Enċiklika, li l-KA tħoss li huma relevanti sabiex pajjiżna jkun dejjem aktar sostenibbli f’kull livell. Il-konferenza se tkun imqassma f’żewġ sessjonijiet.
L-ewwel sessjoni se tkun il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015, fis-6.00 p.m., fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, u t-tieni sessjoni se ssir l-għada, is-Sibt, fid-9.00 a.m., fil-Kurja tal-Isqof, ir-Rabat Għawdex.
Fiż-żewġ sessjonijiet se jkun hemm trażmissjoni permezz ta’ Skype biex min ma jkunx jista’ jaqsam il-fliegu jkollu l-possibbiltà li jipparteċipa.
Għal aktar tagħrif jew għall-booking wieħed jista’ jċempel fuq 79070357 jew 21380540, jew jibgħat email fuq [email protected].
-