• L-ewwel edizzjoni tal-Jiem Soċjali 2014

  • Il-Jiem Soċjali 2014 bdew nhar il-Ħamis 20 ta’ Frar b’seminar ndirizzat mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u mill-mexxejja politiċi. Fid-diskors tagħhom l-Onor. Owen Bonnici, l-Onor. Clyde Puli u l-Prof. Arnold Cassola trattaw il-ġustizzja soċjali fi żmienna u kif din twassal għal dinja aktar ġusta. Dan is-seminar sar f’Palazzo Depiro, l-Imdina u ġie organizzat mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f’Malta. L-ewwel edizzjoni tal-Jiem Soċjali ntemmet is-Sibt 22 ta’ Frar. 

  • Ritratti: Photocity, Valletta
    www.photocitymalta.com