• ***

    Direttur: Eli Roth

    Atturi: Keanu Reeves, Lorenza Izzo, Ana de Armas, Ignacia Allamand, Aaron Burns u Colleen Camp

    Ħin tal-Film: 99 min.
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
    Evan Webber, perit u miżżewweg, minħabba x-xoghol fuq proġett li kellu jwettaq,  isib ruħhu waħdu fid-dar hekk kif martu u wliedu jmorru għat-tmiem –il ġimgħa għal btala qasira. Martu Karen li kienet artista magħrufa,  tħalli lill-assistent tagħha jieħu ħsieb il-biċċiet ta’ xogħol artiċi li kellha lesti għal esibizzjoni u li f’dawk il-jiem kienu sejrin  jittieħdu għal wiri.  Fil-għaxija, fil-kwiet tad-dar lussuża tiegħu, Evan jisma’ taħbita fuq il-bieb ta’ barra. Meta fetaħ il-bieb, isib żewġ tfajliet ħelwin u attraenti, Genesis u Bel, mxarbin u jirtogħodu minħabba li kienet nieżla x-xita. Dawn jitolbu l-għajnuna ta’ Evan biex jgħinhom isibu d-dar li fiha kienu mistiedna għal riċeviment. Evan  jipprova jgħinhom billi jħallihom jużaw l-internet biex iffittxu l-indirizz ta’ dak li kien stedienhom. Evan ukoll joffri li jċempel għal taxi. Sadanittant hekk kif jkunu jistenew għat-taxi, iż-żewġ tfajliet bdew jieħdu xi ftit ta’ kunfidenza u anke jirrakontawlu kif kienu ġġibu ruħhom minn belt għal belt perezz  li qalu li kienu jaħdmu bħala  air hostesses u ftaħru kif kien jirnexxihom ikollhom relazzjoni ma’ xi hadd. Meta jitolbu lil Evan biex juzaw il-kamra tal-banju, tasal it-taxi,  iżda dawn ma riedux joħorġu minn hemm b’konsegwenza li x-xufier telaq mingħajrhom  Il-qagħda tibda tikkomplika ruħha meta Evan isibhom it-tnejn fil-kamra tas-sodda u jkun hawn li jisseduċjawh u sfortunatament jaqa’ għalihom. Wara din ik-ġrajja xejn sabiħa għal Evan, b’xi mod jew ieħor jipperswadihom li jwassalhom sad-dar.  L-istorja ma tispiċċax hawn. Evan jirrealizza li kienu vvandallizaw waħda mill-opri ta’ arti ta’ martu. Ma jgħaddiex ħafna ħin li dawn iż-żewġ tfajliet jerġgħu lura. X’jiġri minn hawn?  X’ġew jagħmlu? Deher biċ-ċar li f’moħħhom kellhom pjan djaboliku!
    Film Amerikan tal-biża’ u erotiku. Żewġ tfajliet, Genesis u Bel jippjanaw sal-aħħar dettal kif sejrin jkissru raġel tal-affari tiegħu, b’familja magħquda,  iżda wkoll li jaqa’ għat-tentazzjoni meta dawn dehru  innoċentament jitolbu għajuna bi skop wieħed li jwettqu dak li kienu pjannaw. Minħabba xeni erotiċi, pjan djaboliku kif ukoll il-pjaċir li dawn juri fi twettiq tal-pjan li faslu, ikun tajjeb  li l-film jarawh il-kbar biss.