• ****

    Direttur:          Genndy Tartakovsky

    Ilħna:               Adam Sandler, Andy Samberg, Selena Gomez, Kevin James, David Spade, Steve Buscerni, Keegan-Michael Key, Molly Shannon  u Fran Drescher

    Ħin tal-Film:    97 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  PG

    Ninsabu fis-sena 1897 fejn niltaqgħu mal-mostri libsin ta’ umani, jivvjaġġaw fuq ferrovija għal Budapest. Il-Professur Van Helsing, kaċċatur għal mostri, jitla’abbord bil-pakk proton iżda jaħarbu billi jitilgħu fuq is-saqaf tal-ferrovija, b’Van Helsing jiġri warajhom l-aktar wara Drakula. Fortunatament, il-mostri kollha jirnexxielhom jaħarbulu.

    Niġu lura għal  żmienna, Drakula jinsab imexxi lukanda. It-tifla tiegħu Mavis tħabbar li kollha kemm huma kienu sejrin vaganza fuq cruise, inkluż Drakula li skont Mavis kellu bżonn jistrieħ u jgħaddi iktar ħin mal-familja. L-għada, Drakula, Mavis, Johnny u l-kumplament tal-familja, fosthom Frankenstein, Griffin, ir-raġel inviżibbli, Blobby u Murray, l-mumja antika, jħallu l-kastell biex jaqbdu cruise abbord il-vapur Legacy. Fuq il-vapur lussuż u kbir, il-familja sabu ħin biex jieħdu gost u jiddevertu. Drakula iżda jiskopri l-kaptan tal-vapur, Ericka u li f’qasir żmien serqitlu qalbu. L-unika problema għalih kienet kif sejra Mavis taċċetta dan meta ssir taf. Sadanittant, Ericka tiltaqa’ mal-bużbużnannu, Abraham Van Helsing, l-isfel nett tal-vapur. Helsing illum il-ġurnata kien kollu kemm hu mekkanizzat.

    Sfortunatament, Van Helsing kien għad għandu pjanijiet ħżiena lesti biex jeqred il-mostri kollha li kienu jinsabu abbord. Ericka, min-naħa tagħha, bil-moħbi, tagħmel attentat biex toqtol lil Drakula imma jfalli kemm ‘il darba. Ericka tirrabbja ħafna għal dan il-falliment. Il-ħbieb ta’ Drakula jaħsbu li fil-fatt Ericka kienet qegħda tixtieq l-attenzjoni tiegħu. Drakula jsir jaf b’dan u ħa pjaċir ħafna b’dak li sema’ u għalhekk talab lil Ericka għal date fuq xtajta li kienet parti mit-tour. Ericka taċċetta u tiġġennen wara s-seħer ta’ Drakula. Mavis issir taf dwar dan l-interess speċjali li missierha kien qiegħed juri f’Ericka u xejn ma tieħu pjaċir. Finalment, it-tour jasal fid-destinazzjoni ewlenija tiegħu, dik tal-belt mitlufa ta’ Atlantis. Drakula jiddeċiedi li jghid lil Mavis iżda jiddistratta ruħu meta jara lil Ericka tmur f‘parti ‘l ġewwa tal-belt u jmur għal warajha. Mavis tara dan kollu u tmur hi ukoll wara missierha. X’jiġri minn hawn? X’kienet marret iġgib Ericka minn hemm ġew u x’iseħħ?

    Film Amerikan, animat komputerizzat, kummiedja ħelwa, taħt id-direzzjoni ta’ Genny Tartakovsky u kitba ta’ Tartakovsky stess u Michael McCullers. Minħabba vjolenza stilizata u mumenti ta’ biża’, ikun tajjeb li t-tfal ikunu akkompanjati minn xi adult.