• Direttur:          James Gunn

    Atturi:              Chris Pratt, Zoe Saldana, Vin Diesel, Dave Bautista, Bradley Cooper, Michael Rooker, Karen Gillan u Sean Gunn

    Ħin tal-Film:    136 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Fl-2014, il-Gwardjani tal-Galassja – Peter Quill, Gamora, Drax, Rocket u Groot isiru famużi wara li rrnexxielhom jegħlbu lil Ronan, The Accuser. Huma jiġu mqabbda minn Ayesha, il-mexxeja tar-razza Sovereign, biex jieħdu ħsieb u jiddefendu numru kbir ta’ batteriji minn mostru magħruf bħala Abilisk. Jekk jagħmlu hekk,  Ayesha kienet lesta li  teħles lil Nebula, oħt Gamora  li ma kienux jinġiebu xejn. Rocket minnaħa tiegħu jisraq xi batteriji għalih inifsu. Riżultat ta’ din is-serqa,  Ayesha tordna li tiġi attakkata l-vettura spazjali tal-Gwardjani permezz ta’ drones iżda b’mod misterjuż, dawn id-drones inqerdu minn xi ħadd mhux magħruf. Il-Gwardjani iżda  jagħmlu nżul ta’ emerġenza fi pjaneta qrib. Il-figura misterjuża jirrevela lilu nnifsu bħala Ego, missier Quill. Ego jistieden lil Quill u lil sħabu Gamora u Drax, biex imorru fid-dar tiegħu waqt li Rocket u Groot jibqgħu ssewwu l-vettura Milano u fl-istess waqt jżommu għajnejhom fuq Nebula.

    Sadanittant, Ayesha titlob l-għajnuna ta’ Yondu Udonta biex jaqbad mill-ġdid lill-Gwardjani. Yondu jsib il-vetura Milano u jaqbad lil Rocket. Iżda meta Yondu ma jkunx lest li jmur jaqbad lil Quill, il-logutenent Taserface mmexxi rewwixta bl-għajnuna ta’ Nebula u jżomm f’ċella, arrestati fuq l-Eclector lil Rocket u lil Yondu, waqt li Nebula tmur tfittex u toqtol lill-oħta Gamora. Yondu jistqarr ma’ Rocket li kien jiddisrispetta lil Ego. Sadanittant, Groot flimkien ma’ Kraglin Obfontieri, jeħilsu lil Rocket u lil Yondu  waqt li jeqirdu l-Eclector u l-membri tal-kru hekk kif jaħarbu, iżda mhux qabel Taterface jirnexxielu jallarma l-flotta ta’ Sovereign. Ego, min-naħa l-oħra jistqarr li hu kien wieħed mill-allat Celestjali u li kien sar iħobb lil Meredith, omm Quill. X’kien sar minn Meredith u x’ġara wara mewtha u t-tifel żgħir tagħha Quill? X’kien il-pjan ta’ Ego issa li kien sab lil ibnu?  Xi xtaq jagħmel issa li miegħu kellu wkoll lil ibnu? Kif baqgħu Nebula u Gamora?

    Film Amerikan imsejjes fuq tim ta’ eroj magħrufa bħala l-Gwardjani tal-Galassi, hu taħt id-direzzjoni u kitba ta’ James Gunn, produzzjoni ta’ Marvel Studios, imqassam minn Walt Disney Studios Motion Pictures. Dan hu l15-il film minn serje ta’ films li ħarġu matul is-snin, mimli azzjoni hekk kif il-Gwardjani jinsabu jivvjaġġaw fil-Cosmos waqt li jgħinu lil Peter Quill isir jaf iktar fuq il-veru nisel tiegħu.