-
-
Nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel żjara uffiċjali fil-Kulleġġ Sacred Heart f’San Ġiljan, fejn iltaqa’ mal-Amministrazzjoni tal-Iskola, l-għalliema u l-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja.
-
Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-istudenti tas-Sekondarja
-
-
Sacred Heart College, San Ġiljan
21 ta’ Novembru 2016
L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-laqgħa sabiħa li għamiltuli. Nixtieq nirringrazzjakom ukoll tal-impenn li qed tieħdu u li qegħdin tagħmlu fl-edukazzjoni tagħkom. Dan il-kulleġġ għandu storja sabiħa u anke antika għaliex is-Sisters ilhom hawn iżjed minn mitt sena, waslu hawn fl-1903, u intom parti minn din it-tradizzjoni. Tradizzjoni ta’ impenn fl-istudju imma ukoll formazzjoni li llum insejħulha formazzjoni ħolistika.
Ħadt pjaċir per eżempju ninnota f’din l-introduzzjoni sabiħa li għamlu l-Head u s-sub Head li s-sena li għaddiet meta kkonċentrajtu fuq l-intellett, kien hemm approach, perspettiva wiesa’ mhux biss il-moħħ imma anke l-qalb. Illum jew inkella din is-sena qegħdin tikkonċentraw fuq l-impenn soċjali jew social awareness. Ħa ngħidilkom: jiena qiegħed inħares minn hawn fuq lejn il-leaders ta’ llum u ta’ għada, mhux ta’ għada biss, anke tal-llum. Jiena nixtieqkom tkunu leaders in social awareness. Social awareness xi tfisser? Li jiena ma ngħix il-ħajja tiegħi iżolat, ‘no man is an island’, imma li f’kull ma nagħmel u l-mod kif naħseb, dejjem naħseb ukoll fuq l-impatt ta’ dak li qiegħed ngħix, ta’ dak li qiegħed nagħmel fuq ħaddieħor.
Iżjed ma jkollna social awareness iżjed napprezzaw li t-talenti tagħna mhumiex għalina, għax jekk jiena nżommhom għalija jien, qisni ħbejtom, imma s-social awareness tgħallimni wkoll li t-talenti li l-Mulej tani, u hawnhekk hawn nies b’diversità ta’ talenti, dak li llum ngħidulu, ġustament, a diversity of abilities. Iżjed milli nikkonċentraw f’dak li ma nistax nagħmel, nikkonċerta fuq x’nista’ nagħmel, x’nista’ nkun. Din il-kapaċità li inti taħseb dejjem it-talent ċkejken, kbir, li tak il-Mulej, kif tista’ tużah għas-servizz ta’ ħaddieħor. Dak ifisser li tħaddem it-talenti. Jekk it-talent li għandek se jkun għalik nnifsek biss, se jibqa’ waħdu, se jkun mgħotti ġo maktur midfun fl-art u mhux se jiżviluppa. Is-social awareness hija wkoll li inti se tkun persuna ħafna iżjed sabiħa, mhux biss fil-wiċċ, jekk tkun ta’ servizz għas-soċjetà.
Is-social awareness jinkludi wkoll il-ħarsien tad-dar komuni. Isem sabiħ li l-Papa Franġisku ta lill-ambjent u lill-ħolqien. Huwa d-dar komuni tagħna, id-dar tagħna. Jiena ma nistax ma ninkwetax jekk Malta tikrieh għax dik id-dar tiegħi. Id-dar tiegħi mhuwiex in-numru fit-triq u r-raħal, dak fejn noqgħod, fejn għandi s-sodda, imma Malta, Għawdex, Kemmuna, il-baħar ta’ madwarna, dan huwa d-dar tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Jekk xi ħadd, għax għandu ħafna flus, jiddeċiedi li jaħseb għalih innifsu biss, għall-butu, u jkerraħ parti mill-pajjiż, dik tinteressani lili, mhux lili biss, lil kulħadd. Jekk hemm xi ħadd fil-pajjiż li qed juża’ l-awtorità tiegħu għall-vantaġġ tiegħu biss, ninkwieta jien għaliex qed jherri l-futur, mhux tiegħu nnifsu biss, imma ta’ kulħadd. Allura s-social awareness tfisser ukoll l-impatt ta’ dak li nagħmel u dak li ngħid. Think about impact. When you think social awareness, think about the impact of what you say, what you think, and what you do and who you are.
Ħalli niġu għall-iżjed mistoqsija fondamentali: il-jien tiegħi, my being, who am I? Am I a social aware person? Allura meta inti tiftaħ għajnejk għan-nies ta’ madwarek, għall-faqar li hawn madwarna, għan-nies li qegħdin ibatu mill-addiction, għan-nies li huma mwarrbin, għall-anzjani tagħna, id-dinja ssir naqra’il ġewwa; iżjed ma nkunu konxju min-nies ta’ madwarna, il-problemi tagħna jiċkienu. Ħafna drabi aħna għandna t-tentazzjoni nħarsu dejjem lejna nfusna.
Jiena nawguralkom ħafna din is-sena li tikbru f’dan il-valur importanti tas-social awareness, ta’ kuxjenza soċjali, għaliex hekk nixtiekqom. Jiena nirringrazzja ħafna lill-Kulleġġ talli poġġa flimkien mal-Irlanda u mal-Iskozja, din il-ħaġa u dan il-valur fuq l-aġenda tal-ħajja tagħkom għax, kif għidtu intom stess, intom iċ-ċittadini ta’ llum u ta’ għada, intom il-leaders tal-lum u ta’ għada, intom ukoll l-ommijiet, tal-lum forsi le ta’ għada, m’hemmx għalfejn ngħaġġlu eh? Tgħallunix, meta jiġi l-mument u mas-sieħeb tajjeb u mingħajr ħafna tfexfix, imma jasal ukoll il-mument għal min għandu l-vokazzjoni, qed ngħidilkom mingħajr ħafna għaġla, sewwa? Hemm ċerti affarijiet li tistgħu tagħmluhom illum, mhix kwistjoni ta’ kmandamenti, m’mod għaqli u hemm affarijiet li jridu jistennew ukoll.
Meta nitkellem fuq ir-rwol tagħkom, taħsbux fir-rwol tagħkom għal għada, ibdew mil-lum fis-soċjetà. Iż-żgħażagħ iridu jkellmu liż-żgħażagħ fuq is-social awareness. Qed nieħu pjaċir ħafna li fil-programm li għandkom qed taħsbu, kif suppost u kif għandu jkun, f’ħaddieħor, li qed tagħmlu fundraising, u se żżuru lill-anzjani.
Kemm tkun ħaġa sabiħa li din issir parti mill-istil ta’ ħajjitkom u aħna, jekk ngħidu social awareness se naħsbu biss f’min qiegħed hemm barra? Tajjeb ukolll li s-social awareness tfisser that we become more aware of each other, a social awareness which is also internal to our college għaliex il-kuxjenza soċjali tgħinek tiftah għajnejk għall-bżonnijiet ta’ sħabek, tinnota per eżempju xi ħadd li huwa waħdu, xi ħadd li huwa depressed, anke xi ħadd elated.
Ħafna drabi jkollna bżonn aħna naqsmu l-ferħ tagħna u n-niket tagħna ma’ xulxin b’din il-kundizzjoni that you learn to keep a friend’s secret. Kemm hu diffiċli, kemm hu diffiċli! That is a hallmark of a friend, to keep a friend’s secrets. Għax ħafna drabi is-secret ikun: “ħa ngħidlek imma tgħid lil ħadd”, u l-iskola kollha tkun taf, imbasta ma ngħidu lil ħadd, imma kulħadd ikun jaf. Mentri jiena jista’ jkun li naqsam qalbi miegħek fuq xi ħaġa li ġrat id-dar, per eżempju għax m’għandi lil ħadd ma’ min nitkellem. Jew inkella xi ħaġa li qed nistħi ngħidha imma hemm bżonn ngħidha lil xi ħadd. Jiena nafdaha lilek għax I think you are my friend. You are my friend if you keep your word. Tajjeb naħsbu fil-bżonnijiet li hemm hemm barra, l-anzjani, imma hemm bżonn naħsbu wkoll fil-moral tal-kulleġġ.
Ħaġa oħra: keeping a secret, avoiding gossip. Taf xi smajt? X’għarukaża! Taf xi smajt? Gossip is a poison! Rajtu dak is-Sir kalzetta ħamra u l-oħra blu? Irridu nammettu li ma tantx tista’ żżommha din bejnietna, la tkun tidher! Imma intom tifhmuni għax jien qed nitkellem ma’ nies intelliġenti, mhux ta’ b’xejn għamiltu l-intellect is-sena li għaddiet. Imma jiena qed ngħidilkom ukoll waqt li naħsbu fis-soċjeta kbira with a capital S dak li hemm barra, ejjew naħsbu ukoll fil-moral, fl-imħabba konkreta ta’ bejnietna. Keeping secrets, avoiding gossip.
Including everyone. Din hija diffiċli wkoll: li inti meta għandek inizjattiva, faċli tagħżel lil min taħseb li huwa the best. Bħal meta tagħżel team. A nice way of doing it and a very smart way of doing it, is to be inclusive without being condescending, qisu qed nagħmlulek pjaċir, ejja ħa nkunu inclusive, ħa nagħmlulek pjaċir, ejja magħna. Mhux hekk. Il-kapaċità li aħna f’kull iniżjattiva tagħna, mqar a circle of friends we learn to be inclusive, biss nifhimha jien li jekk xi ħadd ma jafx iżomm kelma, jekk xi ħadd irid biss ipoġġi l-velenu tat-tqassis, allura rridu ngħidulu jagħżel, irridu ngħidulha: “do you really want to join us or not?”. There are limits, there are limits. Allura tajjeb li f’din is-sena taħdmu wkoll fuq an atmosphere of communtiy awareness, because social awareness means also community awareness.
L-aħħar ħaġa: kelli x-xorti nidħol fil-kappella sabiħa ta’ dan il-kulleġġ, hekk kif wasalt hawnhekk illum u ammirajt kemm hemm ambjent sabiħ ta’ silenzju u nixtieqkom ħafna bil-permess u skont – ma rridtx nivvinta regoli, għax jien dalwaqt immur u l-Head ikollha l-problema li nkun ħallejtilha, ma rridtx inħallilha problemi. Bil-għajnuna taċ-chaplain intom tidraw tkunu weħidkom fil-preżenza ta’ Ġesù. Jien nixtieq li l-iskola, il-kulleġġ b’xi mod, jiffaċilitaha din il-ħaġa, bil-għajnuna anke taċ-chaplain. If you have an extra five minutes – mhux qed ngħidlek tiskarta mill-klassi jien għax dak Ġesù ma jridhiex – but you will find time to be alone with Jesus.
Jiena ma nistax ma nagħmilhiex din il-ħaġa, allura se nagħmilha. Illum il-Foundation Day tas-Sacred Heart Sisters. Ġesù qed isejjaħ uħud minnkom biex ikunu Sisters. Tgħidli: “lili? Daqskemm jien imqarba?” That is the way he likes them. Għax jaf jagħżel. Se tgħidulu iva lil Ġesù? Ma nafx min intom, imma Ġesù qed isejjaħ uħud minnkom biex ikunu sisters, se tgħidulu iva? Tgħidli: “I don’t like a boring life”. It’s not going to be boring. Tgħidli: “I would like to have a boyfriend”. He is the best one you can have. He is not going to let you down. Tgħidli: “my parents don’t like it”. Allura sorry, imma ’l quddiem tkun taf x’tgħidilhom il-ġenituri if they get into the way too much. There are so many words imma bir-rispett kollu lejn il-ġenituri, jekk huma jibżgħu li inti tkun soru għax they need grandchildren, ħa jkollok ħafna, imma ovvjament mhux tiegħek personali, imma ħarsu lejn is-Sisters, they are also your spiritual mothers għax Ġesù tkellem ukoll fuq being his mother and being his brother and sister. Issa nħalli f’idejn l-Ispirtu qaddis tiegħu inebbaħkom u jmexxi l-qalb tagħkom. God bless you, thank you.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta -
Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-istudenti tal-Primarja
-
-
First of all, thank you very much for having me. Thank you very much for the very beautiful songs you sang today. There was one of them that I was very impressed and it was ‘Over the Rainbow’. Very beautiful, but there was another one with all the animals, where the animals tell each other ‘Love is all around us’. Repeat the words with me: Love is all around us. In Maltese we would say: l-imħabba hija madwarna. What does that mean? That we love each other. If we love each other we can truly say love is all around us. When we love each other. Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna nħobbu lil xulxin u allura għax inħobbu lil xulxin inkunu nistgħu ngħidu: l-imħabba madwarna għax l-imħabba tibda l-ewwel nett, where? In our hearts, fil-qalb tagħna.
You have this great privilege, that you are students in the College of the Sacred Heart. Mela aħna għidna love starts in our hearts, mela who has this Sacred Heart, who is he? Jesus. Mela l-Qalb ta’ Ġesu, the Heart of Jesus we call Sacred imma what does it mean? It means that Jesus loves us. When we say the Sacred Heart of Jesus, we remember that Jesus loves us.
How does Jesus love us? He was special in his love. He was kind, he gave us this world, he gave us food, he gave us friends, he was very kind. He gave us water to drink, he helps us, he makes his miracles to make us better, he makes us all different, mhux kulħadd l-istess inkella dwejjaq, he gave us our family, gave us brothers, he looks after us, he gave us animals. Who likes animals? Who likes the trees and the plants? Ħa nara. Everybody? Who likes the sea? Do you like to be like Jesus? Yes! Do you like a clean sea? Yes! Do you like the beautiful countryside? Yes! Do you want to kill birds? No! Do you want to throw your litter in the streets? No. Do you want to love each other? Yes!
Those are the students that Bishop Charles is very proud of. Love each other, love the countryside, the birds of the air, the beautiful sea, we need to take care of creation. Do you love Malta? Yes. Malta has a future because when we love our country we take care of it. You said Jesus has a Sacred Heart because he is kind, he is merciful, he gives us water, he gives us creation, he gives us the sea, he gives us the sun. OK, we enjoyed it this summer and even on a beautiful day.
But even the rain is important We have to pray for the rain as well. We need the rain for the plants to grow. We are going to say a little prayer for the rain, We all need umbrellas in the rain but we need the rain so we are going to say a little prayer so that we have enough rain, not too much, enough, as much as we need. And so you are going to repeat with me:
Dear Lord, give us the rain we need, help our farmers so that we may enjoy the fruit of the land.
And now we say a prayer for our country.
Dear Lord, bless our country, bless its leaders, give them wisdom, give them humility, give them courage, help us to be good citizens and free us from every evil, from war, and from all danger.
Now another prayer. Give us, O Lord, a very big heart so that we can welcome all the foreigners who come to us because we want to be like you with a big heart for everybody. Teach us to love each other so that we can say: ‘love is all around us’. Bravi a big clap for Jesus.
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja