-
-
Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-istudenti u l-istaff kollu tal-Kulleġġ San Injazju, fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, Ħal Qormi. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ jsegwi animazzjoni mill-istudenti u jwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom. Fl-aħħar tal-laqgħa Mons. Arċisqof għamel talba mal-istudenti:
“Mulej agħtina l-għerf biex nibżgħu għall-ambjent u l-ħolqien sabiħ li tajtna. Agħtina l-grazzja biex ngħixu fil-paċi ma’ xulxin, nikbru ferħana u nkunu ċittadini tajbin ta’ din l-Art ħelwa li tatna isimha. Viva Ġesù u Viva Malta!”
-
Photo: Curia Communications Office