Dun Jean Gové ġie fdat mis-Santa Sede bħala rappreżentant fil-Kummissjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali fil-Kunsill tal-Ewropa.
Dun Gové li ġie ordnat qassis fl-2019 kiseb dottorat mill-Università St Andrews fl-Ingilterra wara li speċjalizza fil-Filosfija Analitika.
Appari li huwa Riċerkatur Affiljat mal-AI & Humanity Lab fl-Università ta’ Hong Kong, huwa involut fl-esplorazzjoni ta’ ċerti aspetti etiċi tal-għodod tal-AI, bħall-manipulazzjoni permezz tal-AI, kif ukoll kwistjonijiet usa’ relatati mat-transumanità.
F’Malta, il-qassis Mosti huwa l-Koordinatur Djoċesan għall-attivitajiet relatati mal-AI għall-Arċidjoċesi u qed imexxi inizjattivi biex l-għarfien dwar l-AI jiddaħħal fl-iskejjel tal-Knisja primarji u sekondarji, flimkien mal-ħolqien ta’ programmi ta’ formazzjoni għall-edukaturi u l-ħaddiema pastorali.
Huwa qed jikkordina wkoll il-Grupp Ewropew ta’ Riċerka fl-AI fi ħdan id-Dekasteru tal-Vatikan għall-Kultura u l-Edukazzjoni, kif ukoll wieħed mill-kontributuri ta’ magisterium.com – proġett b’għodod li joffri għajnuniet fid-dokumenti u l-maġisteru tal-Knisja Kattolika.
Minn Luke Vella
Sors: Newsbook Malta