Casa Fratelli Tutti, ir-residenza li nfetħet f’Malta biex tilqa’ studenti minn pajjiżi oħra li jixtiequ jsiru qassisin, laqgħet l-ewwel student tagħha.

Rev. Mark Chitamaluka miż-Żambja qed isegwi kors fil-Fakultà tat-Teoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta biex jikseb il-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali.

Ir-rinovazzjoni ta’ Casa Fratelli Tutti saret wara li ntlaħaq ftehim bejn din il-Fakultà u l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Ir-rinovar sar mill-Fakultà, li se tibqa’ tieħu ħsieb l-ispejjeż ġenerali u dawk relatati ma’ manutenzjoni.

Dan il-ftehim intlaħaq f’Marzu tal-2021. Rev. Dr Berry, li huwa d-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija, qal li ntgħażel l-isem ‘Casa Fratelli Tutti’ fid-dawl tal-enċiklika tal-Papa Franġisku f’Ottubru.

“Nispera li dan iservi bħala strument ta’ fraternità għal soċjetà li hija frammentata u individwalistika,” spjega Rev. Dr Berry.

Sors: Newsbook.com.mt