-
Il-Festa tal-Beatu Nazju Falzon tiġi ċċelebrata nhar it-Tlieta 1 ta’ Lulju. Għal din l-okkażjoni r-relikwija tal-Beatu Nazju Falzon se tiġi esposta fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei, fil-Knisja tal-Ġiżwiti u fil-Knisja ta’Ġieżu, il-Belt Valletta.
Nhar il-Ħadd, 29 ta’ Ġunju, fit-3.00 p.m. ir-relikwjia ser tittieħed fil-Kappella tal-Isptar Mater Dei u tkun esposta hemm sal-għada,it-Tnejn 30 ta’ Ġunju, fil-5.00 p.m.
Nhar it-Tnejn, 30 ta’ Ġunju, fit-5.15 p.m. ir-relikwjia ser tittieħed lura fil-Knisja tal-Ġiżwiti li fiha l-Beatu Nazju Falzon waqqaf il-Kongregazzjoni tar-Rużajru għall-membri tas-Servizzi u fejn ġew ippreparati aktar minn 665 persuna għall-Magħmudija. Fis-6.00 p.m. issir it-talba tar-rużarju u wara tiġi iċċelebrata Quddiesa. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Lulju, jum il-festa, tiġi iċċelebrata Quddiesa fis-6.30 a.m., fit-8.00 a.m., fid-9.00 a.m., fl-10.00 a.m., fil-11.00 a.m. (bl-Ingliz) u f’nofsinnhar .
F’Jum il-festa, fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta, fejn hu midfun il-Beatu Nażju Falzon, tiġi ċċelebrata Quddiesa fis-7.30 a.m., fl-10.00 a.m. u fil-11.00 a.m. Fis-6.00 p.m. il-membri tal-Catholic Enquiry Centre flimkien ma’ għadd ta’ barranin jinġabru jitolbu fuq il-qabar tiegħu. Fis-6.15 p.m. issir Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Provinċjal Patri Sando Overend.
Wara kull Quddies jsir talb għall-morda fuq il-qabar tal-Beautu Nazju Falzon