-
-
Il-maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) intemmet biċ-ċifra ta’ €164,067.
Matul is-60 siegħa, il-pubbliku ipparteċipa f’Quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, li wrew il-bżonnijiet kbar li hemm u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja. Il-programm inkluda diskussjonijiet, intervisti, kant u żfin, logħob, il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u anke l-banda tal-Pulizija u diversi attivitajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha.
Hekk kif is-16-il edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr Louis Mallia MSSP, irringrazzja lil kull min kien parti minn din l-esperjenza b’risq tant nies li d-dinjità li qed nagħtuhom aħna toffrilhom sens ta’ tama u mħabba.
Minn naħa tagħha, Marthese Brincat irringrazzjat li kull min b’xi mod jew ieħor ta sehmu u l-kontribut tagħhom biex din il-maratona kienet possibbli.
Oħloq Tbissima xxandret fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ ONE TV u NET TV. Minn ħin għal ħin, kien hemm ukoll kollegamenti mal-istazzjonijiet lokali tar-radju.
Kull min jixtieq għadu jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu billi jċempel fuq:
€10 51602004
€15 51702007
€25 51802009
SMS €4.66 50618099Pledge Line: 21445544 (għal donazzjonijet ta’ €100 jew aktar) jew donazzjoni online fuq: www.ohloqtbissima.com
-
-
-
-
Ritratti: Kurja – knisja.org.mt/ritratti u Maratona Oħloq Tbissima