Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Charles Tabone qal li t-tfal għandhom dinjità daqs il-bnedmin kollha għax id-dinjità ma tiddependix minn dak li għandek, iżda minn dak li int bħala bniedem.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Charles Tabone u Tezara Saliba. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 18: 1-5.10
Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




