“Kif jista’ xi ħadd jippretendi li l-Knisja ma tiftaħx ħalqha favur mezzi preventivi biex jippromwovu u jiddefendu l-istabbiltà taż-żwieġ?”

F’nota pastorali maħruġa llum, l-Isqfijiet Maltin saħqu li hu dmir tal-Knisja “quddiem Alla” u fis-“servizz b’risq is-soċjetà” li xxandar da dak li temmen fih fuq bosta temi, inklużi ż-żwieġ u l-familja u dan għaliex żwieġ stabbli jwassal għal inqas tkissir taż-żwieġ. Huma wissew kontra t-tnedija ta’ kruċjati kontra d-divorzju iżda saħqu wkoll li “f’soċjetà pluralistika m’għandux ikun hemm opinjoni waħda biss li tinstama’, u jkun ta’ ħsara għad-demokrazija jekk xi ħadd jipprova jsikket opinjonijiet diversi! Bħal ma hemm min jippromwovi d-divorzju f’soċjetà pluralistika, hekk ukoll il-missjoni tal-Knisja hi li tħeġġeġ l-istabbiltà taż-żwieġ”.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com