• Courses for the academic year 2013/2014 from the Pastoral Formation Institute and other Church entities

  • Fis-sena akkademika li tibda f’Ottubru, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni Nisranija. B’kollox qed jiġu organizzati ħmistax-il kors. Dawn huma:

    1. General Education Award in Evangelisation
    2. Higher Education Award in Family Ministry
    3. Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry
    4. Higher Education Award in the Liturgy
    5. Higher Education Award in Missiology
    6. Higher Education Award in Theology
    7. Higher Education Award in Catholic Social Teaching
    8. Higher Education Award in Parish Nursing
    9. Kors Esperjenzjali ta’ Talb

    10. Korsijiet ta’ formazzjoni mill-Fakultà tat-Teologija – BA Theology and Human Studies, BA (Hons) Theology, MA in Bioethics, MA in Business Ethics

    11.  Korsijiet ta’ formazzjoni mill-Istitut Karmelitan: Higher Education Award in Carmelite Spirituality flimkien ma’ modules oħra

    12.  Korsijiet ta’ formazzjoni għall-katekisti u kors bażiku ta’ Teologija mis-Segretarjat tal-Katekeżi

    13.  Korsijiet dwar l-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin u kors ta’ sena Philosophy for All mill-Istitut Agostinjan

    14.  Korsijiet ta’ formazzjoni għall-koppji mexxejja mill-Moviment ta’ Kana

    15.  Kors ta’ formazzjoni Biblika mill-Għaqda Biblika Maltija: Il-Kotba Storiċi, Profetiċi u l-Kotba tal-Għerf.

    Il-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali huma lkoll akkreditati mill-Malta Qualifications Council u jwasslu għal general jew higher education award. Il-prospectus għas-sena akkademika 2013/2014 jista’ jitniżżel mis-sit www.maltapfi.org. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected].

    L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf uffiċjalment fl-2007, biex iwieġeb għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan, sabiex joffri formazzjoni lill-Insara għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà.